Amministraturi fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni
Referenza
EPSO/AD/382/20 - AD7
Miftuħa għal applikazzjoni
10/09/2020
Data tal-għeluq
13/10/2020 - 12:00 (ħin ta' Brussell)
Grad:
AD 7
Istituzzjoni/Aġenzija
Tip ta' kuntratt
Uffiċjal permanenti
Applikazzjoni
Jekk tiddeċiedi li tapplika jekk jogħġbok segwi dawn l-istruzzjonijiet:
- Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek jekk għad m’għandekx wieħed. Huwa strettament ipprojbit li jkun hemm aktar minn profil tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok iċċekkja l-FAQs tagħna jew ikkuntattjana jekk m’intix ċert.
- Ikklikkja APPLIKA hawn taħt.
- Illoggja fil-profil tal-EPSO tiegħek.
- Iċċekkja l-istruzzjonijiet dwar kif timla l-formola. Meta tkun qed tapplika, jekk jogħġbok ara li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrins.
Hemm diffikultajiet għall-aċċessibilità? L-aċċessibilità hi importanti ħafna għal EPSO u qed naħdmu b’mod intensiv biex kontinwament intejbu l-aċċessibilità tal-proċeduri tagħna ta’ komunikazzjoni u selezzjoni. Għadek qed tiltaqa’ ma' diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet tas-sit web u/jew tad-dokumenti tagħna? Jekk jogħġbok ikkuntattjana! Nistgħu nipprovdulek formati aċċessibbli jew assistenza. - Jekk jogħġbok irreferi għall-Avviż ta' Kompetizzjoni jew għas-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-istruzzjonijiet dwar il-lingwa/i li biha/bihom għandek tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek.
- Il-mili tal-formola ta’ applikazzjoni hi proċedura li tieħu l-ħin. Nirrakkomandawlek li ma tħallix għall-aħħar mument. L-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jilħqu l-iskadenza stipulata.
- Kun ċert li tagħżel il-grad/lingwa/profil tajjeb, meta applikabbli. Jekk m’intix ċert liema grad/lingwa/profil trid tagħżel, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Avviż ta’ Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.
3. Application steps (generic all)
Proċedura ta' selezzjoni
- Il-proċedura ta’ selezzjoni fiha diversi stadji. Sakemm id-data u l-ħin ma jkunux ikkonfermati, dawn għandhom dejjem jitqiesu bħala indikattivi.
- Id-dettalji kollha dwar l-istadji differenti, bħat-tip ta’ testijiet u l-marki minimi meħtieġa biex wieħed jasal għall-istadju li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni, huma deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni/tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess, li għandhom jinqraw b’attenzjoni.
- Aħna se nikkomunikaw miegħek permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek. Hemm issib informazzjoni dwar il-progress tiegħek fil-proċedura, bħall-istediniet għat-testijiet u r-riżultati tat-testijiet tiegħek.
- Jekk jogħġbok iċċekkja l-prodil tal-EPSO tiegħek tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa matul il-proċedura ta’ selezzjoni.
- Għandek tkun taf li f’xi każijiet ma jkunx biżżejjed li jinkisbu l-marki minimi meħtieġa għat-testijiet, u dawk bl-ogħla marki biss jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni.
4. Proċedura ta’ selezzjoni (valida fil-każijiet kollha) ĠDIDA
Indicative planning
| Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 19/03/2021 - 24/03/2021 | ||
| Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet | 25/03/2021 - 22/04/2021 | ||
| Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 15/06/2021 - 21/06/2021 | ||
| Testijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter f’ċentri tat-testijiet u ssorveljati mill-bogħod - il-perjodu tal-ittestjar | 24/06/2021 - 01/07/2021 | ||
| Testijiet b'għażla multipla bil-kompjuter – ir-riżultati | mid 9/2021 (indicative) | ||
| Verifiki tal-eliġibbiltà | 12/2021 (indicative) | ||
| Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener) | 4/2022 (indicative) | ||
| Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni mill-Bogħod | beginning 10/2022 - mid 11/2022 (indicative) | ||
| Studju tal-każ u test bil-miktub fiċ-ċentri tal-ittestjar u test b'inviġilazzjoni mill-bogħod – perjodu tal-ittestjar | 04/10/2022 | ||
| Studju ta’ każ u test bil-miktub – perjodu ta’ bbukkjar | 20/09/2022 - 26/09/2022 | ||
| Final results of the selection procedure | mid 3/2023 (indicative) |
Reserve list published.
The list is valid until:
Dokumenti importanti
Numru ta' applikazzjonijiet
EPSO/AD/382/20 (AD7) - 3679