Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif toħloq il-profil tiegħek u s-CV tiegħek

how to apply
Kif toħloq il-profil tiegħek 

Id-data personali u l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħek diġà huma inklużi fil-profil tiegħek.

IMPORTANTI: Id-data personali fil-profil tiegħek (kunjomok, ismek u d-data tat-twelid tiegħek) trid tkun identika għad-data personali fid-dokument tal-identità tiegħek bir-ritratt tiegħek (ID jew passaport). Jekk għandek aktar minn kunjom wieħed jew isem wieħed fuq id-dokument tal-identità tiegħek, trid telenkahom kollha.

 

Trid tibdel id-data personali fil-profil tiegħek? 

Tista’ tbiddel inti stess il-biċċa l-kbira tad-data personali fil-profil tiegħek. Madankollu, jekk tixtieq tibdel kunjomok, kunjomok mat-twelid, ismek, l-indirizz tal-email tiegħek, in-nazzjonalità/nazzjonalitajiet tiegħek, jew id-data tat-twelid tiegħek, trid tissottometti talba permezz tal-link “Talba biex tiġi aġġornata d-data personali tiegħek”.

Illustrazzjoni 1

formola tal-profil

 

Minbarra d-data personali tiegħek, fil-profil tiegħek issib xi konfigurazzjonijiet relatati mal-kont tal-kandidat tiegħek bħal-lingwa u l-format tad-data u l-ħin tal-kont tiegħek. Innota li t-tibdil tal-lingwa tal-kont tiegħek ma jbiddilx il-lingwi li għażilt fl-applikazzjoni(jiet) tiegħek.

M’intix obbligat ittella’ ritratt tiegħek.

L-informazzjoni li ġejja hija obbligatorja qabel ma tkun tista’ tapplika għal kompetizzjoni: L-ogħla livell ta’ edukazzjoni tiegħek, il-post(ijiet) li tixtieq taħdem fih(om), informazzjoni dwar l-impjieg attwali tiegħek. Imliha u ssejvja d-data biex tiffinalizza l-profil tiegħek.

Illustrazzjoni 2.

preferenzi tal-applikazzjoni
Kif toħloq is-CV tiegħek

Mill-paġna ewlenija tal-Portal, fin-naħa ta’ fuq tal-istrixxun bl-isem “Il-kont tiegħi”, ikklikkja “Is-CV tiegħi”, biex iżżid/teditja/tħassar:

  • l-esperjenza tax-xogħol.
  • l-edukazzjoni u t-taħriġ.
  • il-kompetenzi lingwistiċi.

Aqra l-informazzjoni importanti li ġejja qabel ma tibda toħloq is-CV tiegħek.

  • Tista’ timla s-CV tiegħek bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
  • Ikklikkja l-buttuna biex tissejvja fit-tmiem tal-formola kull darba li żżid rekord fis-CV tiegħek. Tista’ taġġorna s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin.
  • Żgura li s-CV online tiegħek ikun aġġornat meta tapplika. F’każ li taġġorna s-CV tiegħek wara li tkun issottomettejt l-applikazzjoni tiegħek u tippreferi li dawk il-bidliet jidhru fl-applikazzjoni tiegħek, trid terġa’ tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Madankollu, dan huwa possibbli biss qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.
  • L-informazzjoni obbligatorja hija mmarkata b’asterisk (*). Ma tistax tħalli dawn l-oqsma vojta. Jekk l-oqsma fis-CV tiegħek u/jew fl-applikazzjoni tiegħek ikunu vojta, ma tkunx tista’ tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Tista’ ssib il-lista tal-oqsma li jridu jimtlew fil-qiegħ tal-paġni tas-CV/tal-applikazzjoni (“Informazzjoni meħtieġa”).
  • F’postijiet differenti tas-CV tiegħek, tista’ żżid links għal paġni web. Ikklikkja s-“simbolu tal-lukkett” biex tiftaħ, daħħal il-link u erġa’ agħlaq il-lukkett.

                

Għall-kandidati biss li diġà jaħdmu għall-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-UE b’aċċess għas-SYSPER: Tista’ tikkopja u tippejstja l-esperjenzi tiegħek mis-SYSPER f’“Is-CV tiegħi”. Innota li l-esperjenzi kollha, inklużi dawk fis-SYSPER iridu jkunu appoġġati b’dokument.

Illustrazzjoni 3

MUDELL TA’ CV

Kif iżżid l-esperjenza tax-xogħol

Jekk tikklikkja “Żid l-Esperjenza tax-Xogħol” tinfetaħ entrata ġdida li tippermettilek iddaħħal id-dettalji tal-esperjenza professjonali tiegħek, bħad-data tal-bidu u tat-tmiem tal-impjieg, id-data dwar l-impjegatur tiegħek, il-post, id-deskrizzjoni tal-kompiti tiegħek, eċċ.

Innota li għandek dejjem tehmeż mill-inqas dokument ta’ sostenn wieħed billi tikklikkja s-simbolu tal-klipp tal-karta fir-rokna ta’ fuq tal-lemin ta’ kull entrata ta’ esperjenza ta’ xogħol (ara l-FAQ tagħna). L-esperjenzi tax-xogħol li mhumiex appoġġati b’dokumenti ma jitqisux.

 

Illustrazzjoni 4.

data dwar l-esperjenza tax-xogħol li għandha tiddaħħal

Illustrazzjoni 5.

data dwar ix-xogħol li għandha tiddaħħal

Kif iżżid informazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ 

Jekk tikklikkja “Żid l-Edukazzjoni u t-Taħriġ” se tkun tista’ żżid informazzjoni dwar l-edukazzjoni tiegħek (eż. l-istudji) u taħriġ speċifiku, bħat-titlu tad-diploma/il-kwalifika tiegħek, l-organizzazzjoni li tagħti d-diploma, l-indirizz, il-livell ta’ kwalifika miksub, eċċ.  

Innota li għandek dejjem tehmeż mill-inqas dokument ta’ sostenn wieħed billi tikklikkja s-simbolu tal-klipp tal-karta fir-rokna ta’ fuq tal-lemin ta’ kull entrata ta’ edukazzjoni jew taħriġ (ara l-FAQ tagħna). L-edukazzjoni u t-taħriġ li mhumiex appoġġati b’dokumenti ma jitqisux. 

 
 Illustrazzjoni 6.

data dwar l-edukazzjoni li għandha tiddaħħal

  Illustrazzjoni 7.

data dwar l-edukazzjoni li għandha tiddaħħal 

Kif iżżid il-ħiliet lingwistiċi

Ikklikkja “Żid il-Ħiliet Lingwistiċi” biex iżżid il-ħiliet lingwistiċi tiegħek u l-livell orali, tal-kitba u tal-qari. Tista’ żżid il-lingwi kollha li għandek xi għarfien dwarhom. Tinsiex iddaħħal il-lingwa ewlenija tiegħek / il-lingwa materna tiegħek.

B’mod ġenerali, mhu meħtieġ l-ebda dokument ta’ sostenn għall-ħiliet lingwistiċi tiegħek. 
Iċċekkja l-avviż tal-kompetizzjoni għal eċċezzjonijiet possibbli (eż. kompetizzjonijiet għal profili lingwistiċi).

 

Illustrazzjoni 8.

formola tal-ħiliet lingwistiċi

 

Kif iżżid dokumenti ta’ sostenn

Ikklikkja l-ikona tal-klipp tal-karta (ara l-Illustrazzjonijiet 2 u 4) f’kull entrata tat-taqsimiet “Esperjenza tax-Xogħol” u “Edukazzjoni” u tella’ d-dokumenti ta’ sostenn tiegħek sa mhux aktar tard mill-iskadenza msemmija fl-Avviż tal-Kompetizzjoni. Innota li d-dokumenti jridu jittellgħu taħt “Il-kont tiegħi”/“Is-CV tiegħi” u MHUX fl-applikazzjoni nnifisha.
Bħalissa s-servizzi tal-IT qed jiżviluppaw qasam speċifiku biex ittella’ kopja tal-karta tal-identità/passaport tiegħek.
Sadanittant, il-kandidati għandhom itellgħu kopja tal-karta tal-identità/passaport tagħhom f’taqsima oħra tas-CV tagħhom, bħat-taqsima Edukazzjoni u Taħriġ. 

Għal aktar informazzjoni tista’ taqra: Liema dokumenti ta’ sostenn għandi nipprovdi?