Tista’ tgħidli liema ħames lingwi se jkunu proposti għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni u għall-eżerċizzju tal-e-tray?
Ikollok tistenna sal-aħħar tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni biex tiġbor id-dejta mill-applikazzjonijiet kollha qabel ma tfassal lista tal-lingwi li huma frekwentement l-aktar iddikjarati mill-kandidati. L-istatistika minn kompetizzjonijiet preċedenti mhix rilevanti għax din id-dejta hi preġudikata mill-fatt li l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż kienu mandatarji.
Madankollu, tista’ tikkonsulta r-rapport Ewropew dwar il-lingwi magħrufin u użati l-aktar, li jista’ jipprovdi linji gwida iżda ebda garanzija. Barra minn hekk, huma l-istituzzjonijiet li jivvaliditaw il-ħames lingwi proposti minn EPSO abbażi tad-dejta estratta mill-applikazzjonijiet fit-tmiem tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni.