Skip to main content

FAQs

Għaliex hemm żewġ kontijiet differenti tal-kandidati (il-profil tal-EPSO vs l-kont tal-Portal Uniku tal-Kandidati)?

Fil-passat, il-proċeduri kollha ta’ selezzjoni tal-EPSO kienu mmaniġġjati permezz tal-Profil tal-EPSO. L-EPSO issa qed jimxi gradwalment lejn pjattaforma ġdida: il-Portal Uniku tal-Kandidati.

Bħalissa, jintużaw pjattaformi u kontijiet tal-kandidati differenti skont it-tip ta’ proċedura ta’ selezzjoni:

  • Għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2025, il-kandidati jridu jużaw il-Portal Uniku tal-Kandidati
  • Għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati sal-31 ta’ Diċembru 2024 u għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali, il-kandidati jridu jkomplu jużaw il-profil tal-EPSO sakemm jingħata avviż ieħor.

Il-kandidati jista’ jkollhom aktar minn profil wieħed fil-Portal Uniku tal-Kandidati. Madankollu, Profil tal-EPSO wieħed biss huwa permess. Il-fatt li jkollok aktar minn Profil tal-EPSO wieħed jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ selezzjoni.

Jekk jogħġbok żomm id-dettalji tal-profil tiegħek aġġornati u ċċekkja l-profil tiegħek regolarment, peress li l-EPSO jużah biex jikkomunika mal-kandidati.