FAQs
Ma nistax nilloggja fil-Profil tal-EPSO tiegħi jew naċċessah. X’għandi nagħmel?
L-ewwel nett, ara li qed tuża d-dettalji tal-login it-tajbin (ara “Insejt il-username/login? / Insejt il-password?”).
Jekk jogħġbok innota li inti jista’ jkollok Profil tal-EPSO wieħed biss. Il-fatt li jkollok aktar minn kont wieħed jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ selezzjoni.
F’xi każijiet, il-profili jistgħu jitħassru f’konformità mar-regoli tal-EPSO dwar il-protezzjoni tad-data, pereżempju jekk:
- ma ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni u l-profil inħoloq aktar minn sena ilu;
- il-proċeduri ta’ selezzjoni tiegħek kollha ilhom aktar minn sena magħluqin;
- ġejt reklutat minn lista ta’ riżerva aktar minn sena ilu; jew
- il-lista ta’ riżerva li kont fuqha ngħalqet.
Jekk m’intix ċert jekk għandekx diġà kont, uża l-funzjoni “Insejt l-username/il-login tiegħek?” bl-indirizzi tal-email kollha li stajt użajt qabel. Imbagħad tista’ tuża l-funzjoni “Insejt il-password?” biex terġa’ tikseb l-aċċess.
Jekk għadek ma tistax taċċessa l-profil tiegħek jew m’għadx għandek aċċess għall-indirizz tal-email marbut miegħu, jekk jogħġbok ikkuntattja l-appoġġ tal-EPSO immedjatament.
- Jekk għad għandek aċċess għall-indirizz tal-email marbut mal-kont tiegħek, tista’ tibdlu taħt “Data personali” – “Editja d-data personali tiegħi”.
- Jekk m’għadx għandek aċċess għal dak l-indirizz tal-email, jekk jogħġbok ikkuntattja l-appoġġ tal-EPSO u pprovdi kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tiegħek li turi d-data tat-twelid tiegħek sabiex l-identità tiegħek tkun tista’ tiġi vverifikata u l-indirizz tal-email tiegħek jiġi aġġornat.