Kif għandi napplowdja/nillinkja d-dokumenti ta’ sostenn tiegħi?
Il-kandidati jridu jipprovdu kopji skenjati tad-dokumenti rilevanti, li jsostnu l-informazzjoni fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Dawn iridu jkunu:
A. applowdjati fil-profil tal-EPSO tiegħek,
B. illinkjati mal-formola tal-applikazzjoni tiegħek.
Id-dettalji dwar id-dokumenti ta' sostenn li għandhom jiġu applowdjati jinsabu fir-regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali mehmuża mal-avviż tal-kompetizzjoni.
L-iskadenza sa meta l-kandidati jridu japplowdjaw (fil-profil tal-EPSO tagħhom) u jillinkjaw (mal-applikazzjoni tagħhom) il-kopji skenjati tad-dokumenti hi ppubblikata fl-avviż tal-kompetizzjoni.
A. Applowdja d-dokumenti fil-profil tal-EPSO tiegħek
Jekk jogħġbok l-ewwel applowdja l-kopji skenjati tad-dokumenti tiegħek fil-profil tal-EPSO tiegħek billi tikklikkja l-buttuna “Applowdja dokumenti ta' sostenn” disponibbli fil-profil tal-EPSO tiegħek.
Id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti tiegħek jistgħu jkunu relatati ma’ wieħed minn dawn l-4 tipi ta’ files:
- ID Card/passaport,
- edukazzjoni u taħriġ,
- esperjenza professjonali,
- dokumenti oħrajn.
Tista’ tapplowdja sa 20 file għall-kategoriji 1, 2 u 4 u sa 50 file għall-kategorija 3 (massimu ta’ 2MB għal kull file). In-numru ta’ dokumenti li jistgħu jiġu applowdjati fil-profil tal-EPSO ma jistax jiżdied.
Id-dokumenti jridu jkunu PDF jew JPG. M’hemm ebda format ieħor ta’ files appoġġjat.
Ikkunsidra li ssemmi mill-ġdid id-dokument tiegħek f’każ ta’ messaġġ ta’ żball: uża biss tikka (.) waħda qabel l-estensjoni tal-file (pdf, jpg) u evita li tuża karattri speċjali (_-/ eċċ.) jew spazji vojta fl-isem tal-file.
Tista’ tara dokument applowdjat qabel billi tikklikkja l-ikona ta’ Viżwalizzazjoni (forma ta’ għajn) u tista’ tħassar dokument billi tikklikkja l-ikona tal-bin. Tista’ tħassar biss dokument li għadu mhux marbut jew li m’għadux marbut ma’ applikazzjoni.
B. Illinkja dokumenti mal-applikazzjoni tiegħek
Meta tkun applowdjajt id-dokumenti fil-profil tal-EPSO tiegħek, għandek tillinkjahom mad-data rilevanti fl-applikazzjoni tiegħek billi tikklikkja l-buttuna “Illinkja d-dokumenti ta’ sostenn” disponibbli ħdejn kull applikazzjoni fit-tab “Applikazzjoni(jiet)” tal-profil tal-EPSO tiegħek. Innota li tista’ tillinkja biss id-dokumenti wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek.
Billi tikklikkja l-buttuna “Illinkja dokumenti ta’ sostenn” taċċessa l-lista ta’ dokumenti ta’ sostenn applowdjati fil-profil tal-EPSO tiegħek. Id-dokumenti huma miġburin skont it-“Tip ta’ file”. Għal kull entrata taħt “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali” trid tillinkja dokument applowdjat qabel fit-tip ta’ file korrispondenti. L-ID Card/il-passaport tiegħek iridu jkunu appoġġjati wkoll minn dokument illinkjat.
Tista’ twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
- Turi (tara) id-dokument (f’forma ta’ għajn),
- Tillinkja d-dokument (forma ta’ katina),
- Tneħħi l-link tad-dokumenti kollha (“Kollox” fuq)
- Tneħħi l-link tad-dokument (forma ta’ katina miksura).
Id-dokumenti ta' sostenn mhux se jiġu ttrasferiti lis-servizzi ta’ reklutaġġ.
Tista’ tivverifika faċilment jekk dokument hux applowdjat u/jew illinkjat mal-applikazzjoni tiegħek billi tikklikkja l-buttuna “Illinkja d-dokumenti ta’ sostenn” disponibbli fil-profil tal-EPSO tiegħek. Meta dokument ikun illinkjat l-istatus tiegħu jidher bħala “Illinkjat” u d-data li fiha kien illinkjat tkun viżibbli.
C. Kif tħassar dokument ta’ sostenn mill-Profil tal-EPSO tiegħek
Biex tħassar dokument applowdjat qabel mill-profil tal-EPSO tiegħek, l-ewwel trid tneħħi l-link tiegħu mill-applikazzjonijiet kollha li jkun ġie llinkjat magħhom.
Ladarba d-dokument ma jkunx illinkjat, imbagħad tkun tista’ tħassru mill-menu “Applowdja dokument ta’ sostenn” fuq in-naħa tax-xellug tal-profil tal-EPSO tiegħek.