Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

(HaDEA) Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali

L-​Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA) timmaniġġja programmi u inizjattivi Ewropej f’isem il-Kummissjoni Ewropea. Hi taħdem mill-qrib mad-Direttorati Ġenerali prinċipali tagħha li huma ffukati fuq kompiti leġiżlattivi u strateġiċi fit-tfassil tal-politika. Dawn huma d-DĠ CNECT, DEFIS, GROW, RTD u SANTE li hu d-DĠ ewlieni għall-HaDEA. L-HaDEA tindirizza l-ambizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tgħin biex tinbena mill-ġdid Ewropa wara l-COVID-19 fil-qalba tagħha, li se tkun aktar ekoloġika, aktar diġitali, aktar reżiljenti u aktar adatta għall-isfidi attwali u futuri.

Location
Brussell (il-Belġju)