Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Diversità u Inklużjoni

Picture showing 6 people

L-UE tapprezza d-diversità bħala sors ta’ arrikkiment, innovazzjoni, kreattività u saħħa. Ambjent divers u inklużiv hu wieħed fejn il-persuni kollha minn sfondi differenti jirċievu opportunitajiet indaqs, iħossu sens ta’ appartenenza u jkunu apprezzati għall-kontribut uniku tagħhom.

L-iżgurar ta’ proċess ta’ selezzjoni ġust biex jattira ġabra diversa ta’ talenti hu biss l-ewwel pass.

L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE huma impenjati bl-istess mod biex iżommu d-diversità u joħolqu post tax-xogħol inklużiv. Huma jimplimentaw dan l-impenn kontinwu permezz ta’ sensiela ta’ miżuri mmirati. Pereżempju:

  • Politiki mmirati biex jiżguraw li l-membri kollha tal-istaff tal-UE jħossuhom apprezzati u jkunu kapaċi jesprimu l-potenzjal sħiħ tagħhom matul il-karriera tagħhom.
  • Politiki li jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, it-teleworking u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-istaff kollu.
  • Taħriġ għall-managers u l-istaff biex jindirizzaw u jikkoreġu d-diskriminazzjoni u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, il-bullying, id-diviżjoni jew l-imġiba mhux xierqa.

Tgħallem aktar dwar id-Diversità u l-Inklużjonin fl-Istituzzjonijiet u l-Korpi tal-UE fuq din il-paġna web iddedikata.

L-EPSO jippromwovi opportunitajiet indaqs u diversità fl-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tiegħu biex jattira talent divers mill-Istati Membri kollha tal-UE. Barra minn hekk, l-EPSO qed jadotta miżuri ta’ komunikazzjoni mmirati bħas-sejħa għall-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tad-diversità u l-inklużjoni tal-UE. L-EPSO nieda din is-sejħa fi sforz biex jilħaq aktar talent divers, iwessa’ r-rappreżentanza tad-diversità tal-UE fi ħdan il-grupp ta’ applikanti u fl-aħħar mill-aħħar fi ħdan l-Istituzzjonijiet tal-UE.

Ingħaqad man-network tagħna ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-diversità u l-inklużjoni