
Kontroll ambjentali

II-kandidati kollha se jiġu mistiedna jagħmlu l-hekk imsejjaħ “kontroll ambjentali” qabel ma jibdew is-sessjoni tal-ittestjar tagħhom. Dan hu meħtieġ għall-iżgurar tal-integrità tal-esperjenza tal-ittestjar u l-affidabbiltà tar-riżultati tat-test.
Il-“kontroll ambjentali” se jiżgura, pereżempju, li l-kandidati jkunu waħedhom u li ma jkollhom l-ebda dokument/oġġett mhux permess matul is-sessjoni tal-ittestjar tagħhom. Il-kandidati jingħataw aktar dettalji dwar dan it-tip ta’ kontroll meta jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet tagħhom.
- Il-webcams u l-mikrofoni bil-wajer jew inkorporati huma obbligatorji u għandhom jinżammu mixgħula/attivati matul is-sessjoni tal-ittestjar kollha.
- L-earphones, l-earbuds u l-headsets mhumiex permessi.