Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), li hu bbażat fi Brussell, huwa korp konsultattiv tal-UE magħmul minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u gruppi oħra ta' interess. Huwa joħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-UE lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-UE u lill-Parlament Ewropew.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ġeneralment jirrekluta l-persunal tiegħu permezz ta’ kompetizzjonijiet jew selezzjonijiet miftuħa. Dawn huma organizzati fil-livell interistituzzjonali mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal. Xi drabi l-KESE jimpjega persunal mhux permanenti, taħt l-iskema tal-aġenti kuntrattwali jew temporanji. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.

 

Location
Brussell (il-Belġju)