Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Test bil-miktub

Dan it-test bil-miktub huwa mfassal biex jivvaluta l-kompetenza li ġejja: il-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub. La l-għarfien tiegħek fil-qasam u lanqas l-għarfien tiegħek dwar is-suġġett ta’ dan it-test ma jiġu vvalutati; għalhekk, it-twettiq ta’ riċerka addizzjonali mhuwiex meħtieġ. Tista’ tagħmel suppożizzjonijiet loġiċi meta l-informazzjoni tkun nieqsa jew mhux kompluta.

Biex tipprepara għat-test, trid toqgħod fuq id-dokument sors aċċessibbli hawn taħt. Innota li kwalunkwe hyperlinks li jistgħu jidhru fid-dokument mhumiex parti mill-materjal preparatorju.

Il-bażi tal-eżami bil-miktub se tkun biss l-ewwel parti tal-proposta, il-“MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI” (l-ewwel 19-il paġna tal-verżjoni Maltija)

It-taqsimiet li ġejjin MHUX se jkunu parti minn dan l-eżami bil-miktub u għandhom jiġu injorati: “Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)”, “Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlativa” u “Annessi”.

Fil-jum tat-test, se tingħata assenjament speċifiku, konness mad-dokument sors. Se jkollok aċċess ukoll għad-dokument sors matul it-test.

Referenza: 
EPSO/AD/422/25 - 1