Materjali għat-testijiet ta’ studju tal-każ
Billi tikklikkja l-link ta’ hawn taħt, tista’ ssib il-materjali għat-testijiet tal-kompetizzjoni għall-“Istudju tal-Każ” (CS).
Fl-istedina tiegħek għat-testijiet, se tirċievi numru tal-Istudju tal-Każ (eż. Studju tal-Każ 1) speċifiku għall-kompetizzjoni tiegħek.
Matul dan it-test trid taħdem abbażi ta’ sitwazzjoni fittizja relatata max-xogħol.
Qabel it-test tas-CS, inti mistieden tikkonsulta, taqra u tanalizza l-materjali tat-test għal dan is-CS sabiex tipprepara għat-test. Dawn il-materjali se jkunu disponibbli wkoll għalik fil-jum tat-test tiegħek. Madankollu, hu strettament ipprojbit li tirreferi għal kwalunkwe nota li tkun ippreparajt minn qabel jew li tieħu noti matul it-test.
Fil-jum tat-test tiegħek, tirċievi l-kompiti tiegħek permezz ta’ assenjament speċifiku.
Kun żgur li tiċċekkja l-Avviż tal-Kompetizzjoni rilevanti għal aktar dettalji.
Awguri!
Name | File type | File size |
---|---|---|
Case study 1 | 840.84 KB | |
Case study 2 | 1.12 MB | |
OnDemand_CS_EN.pdf | 495.05 KB | |
OnDemand_CS_FR.pdf | 432.06 KB |