Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Id-definizzjoni ta’ akkomodamenti raġonevoli

 

Billi jipprovdi akkomodament(i) raġonevoli, l-EPSO għandu l-għan li jiżgura li l-kandidati b’diżabbiltà u bi ħtiġijiet speċifiċi jkunu jistgħu jikkompetu fuq bażi ugwali ma’ kandidati oħra. Aġġustamenti bħal dawn għandhom l-għan li jneħħu l-ostakli potenzjali ppreżentati mid-diżabbiltà jew il-kundizzjoni medika ta’ individwu, mingħajr ma jimmodifikaw in-natura jew il-livell tal-ħila jew tal-kompetenza li tkun qed tiġi vvalutata.

It-“Tim tal-Aċċessibbiltà tal-EPSO” għandu l-esperjenza fid-definizzjoni ta’ akkomodamenti raġonevoli u huwa responsabbli għall-analiżi ta’ kull talba individwali fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan l-eżerċizzju jinkludi l-elementi ewlenin li ġejjin:

  • It-talba għal aġġustamenti fit-testijiet ta’ selezzjoni introdotta mill-kandidati permezz tal-formola ta’ informazzjoni dwar ħtiġijiet speċifiċi minħabba diżabbiltà jew kundizzjoni medika.
  • Fehim tajjeb tan-natura u l-firxa tal-limitazzjonijiet funzjonali tal-kandidat fil-kuntest tas-selezzjoni.
  • Dokumenti ta’ sostenn minn professjonisti kkwalifikati u/jew awtoritajiet nazzjonali (eż. ċertifikati ta’ diżabbiltà, ċertifikati mediċi, rapporti speċjalizzati);
  • L-għarfien espert tal-EPSO fl-akkomodamenti raġonevoli.
  • It-tip ta’ testijiet u mezzi użati (eż., ibbażati fuq il-kompjuter, pinna u karta).
  • L-adattament tat-testijiet (eż. deroga mit-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament astratt għal kandidati b’vista batuta).
  • It-tip ta’ output mistenni (eż. tweġibiet għal kwestjonarju b’għażla multipla, tip ta’ esej).
  • It-tip ta’ azzjonijiet meħtieġa biex jindikaw it-tweġibiet korretti (eż. ikklikkjar, ittajpjar, kitba bl-idejn, diskors, interazzjoni).
  • Kull informazzjoni oħra rilevanti.