Skip to main content

Assistenza lill-kandidati neqsin mid-dawl u mis-smigħ u lill-kandidati newrodiversi

Assistenti

Xiex? Assistent personali li jissorvelja lill-kandidat waqt l-ittestjar, u jimmonitorja l-ħin.

Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.

Fejn? Fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.

Min? L-EPSO u staff ieħor tal-UE, kif applikabbli.

 


Assistent qarrej

Xiex? Assistent personali li jaqra l-mistoqsijiet b’vuċi għolja u jakkumpanja lill-kandidat, fejn meħtieġ, matul il-perjodu kollu tat-testijiet.

Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.

Fejn? Fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO

Min? L-EPSO u l-kollaboraturi ta’ fiduċja.


Assistent reġistratur

Xiex? Assistent personali li jista’ jassisti fir-recording tat-tweġibiet tal-kandidati.

Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.

Fejn? Fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.

Min? L-EPSO u staff ieħor tal-UE, kif applikabbli.