Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
picture of Mathieu

​​​​​​​Mathieu O., Manager tal-programmi

Ingħaqadt mal-Kummissjoni Ewropea fl-2002 u bħalissa qed naħdem fid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC) tal-Kummissjoni Ewropea. Jien Manager tal-Programmi għall-Erasmus+ u parti mit-tim tas-“Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022”.

Jien kburi li nedejt proġett inkredibbli msejjaħ DiscoverEU li jagħti ċans liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena jirbħu pass tal-ivvjaġġar mingħajr ħlas. Il-fatt li xogħli għandu impatt fuq iż-żgħażagħ Ewropej huwa xi ħaġa li ttini ħafna sodisfazzjon. Inqatta’ l-ġurnata tiegħi nikkollabora mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma’ żgħażagħ mill-Ewropa kollha, bl-użu tal-media soċjali, inxerred l-informazzjoni u nibni komunità ta’ vjaġġaturi tad-DiscoverEU.

Lestejt l-istudji tiegħi fil-Marketing u l-karriera tiegħi kienet fir-reklamar. Dejjem kont attirat minn ambjent internazzjonali u multikulturali; u huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea kienet għażla naturali għalija.