Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Amministraturi tar-riċerka xjentifika

women scientist

Għandek esperjenza fir-riċerka xjentifika? Tixtieq tibda karriera internazzjonali fi ħdan tim multikulturali u varjat? Jekk iva, kompli aqra.

L-istituzzjonijiet Ewropej qed ifittxu amministraturi tar-riċerka xjentifika. L-uffiċjali reklutati (grad AD 7) se jaħdmu prinċipalment għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea. Il-biċċa l-kbira tal-postijiet se jkunu f’diversi siti tal-JRC (Brussell, il-BelġjuGeel, il-BelġjuKarlsruhe, il-ĠermanjaSevilja, SpanjaIspra, l-Italja; u Petten, in-Netherlands).

Aħna noffru opportunitajiet lill-kandidati li jispeċjalizzaw f’għaxar oqsma differenti, kif elenkat hawn taħt. Innota li tista’ tapplika biss għal qasam wieħed.

1. Xjenzi ambjentali u klimatiċi, inġinerija u ekonomija
2. Xjenza tal-enerġija u s-sostenibbiltà
3. ICT u s-sigurtà (ċibernetika)
4. Analiżi tad-data, riċerka, u applikazzjonijiet għal teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza
5. Riċerka u applikazzjonijiet fl-intelliġenza artifiċjali, tagħlim awtomatiku, u sistemi kumplessi
6. Applikazzjonijiet spazjali u teknoloġiji tal-ġeoinformazzjoni
7. Saħħa u ħarsien tal-konsumatur
8. Xjenza tat-trasport u l-mobbiltà sostenibbli
9. Xjenzi soċjali, ekonomiċi u politiċi
10. Xjenza tal-imġiba, ekonomija u edukazzjoni

L-informazzjoni dettaljata dwar id-dmirijiet speċifiċi li l-kandidati magħżulin jistgħu jistennew li jwettqu hi inkluża fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (ara l-Anness II - Dmirijiet tipiċi).