Pajjiż wieħed, diversi vantaġġi
Minbarra ekonomija li qed tiffjorixxi, il-Lussemburgu joffri lir-residenti firxa wiesgħa ta’ benefiċċji, bħal:
- Sistema ta’ sigurtà soċjali komprensiva u effettiva. Din tinkludi benefiċċji tal-familja bħall-allowance tat-twelid, il-liv tal-maternità u tal-paternità, il-liv tal-adozzjoni u tal-ġenituri; assistenza finanzjarja għall-indukrar tat-tfal; pensjonijiet; assistenza fl-edukazzjoni; għajnuna finanzjarja għax-xiri ta’ vettura elettrika jew ibrida, fost ħafna oħrajn.
- Kura tas-saħħa ta’ standard għoli u ffinanzjata mill-istat li tagħti liċ-ċittadini kollha kopertura medika bażika.
- Ambjent sikur u favur il-familja, popolari ħafna mal-komunità espatrijata.
- Sistema edukattiva multilingwi fil-parti l-kbira tagħha bla ħlas u mmexxija mill-istat. Żewġ Skejjel Ewropej għat-tfal tal-istaff tal-UE u erba’ skejjel Ewropej akkreditati oħra huma parti minn dan in-network. F’livell ta’ edukazzjoni ogħla, l-Università tal-Lussemburgu hija waħda mill-istituzzjonijiet akkademiċi l-aktar internazzjonali tal-Ewropa, li tattira studenti minn madwar 120 pajjiż.
- L-ewwel trasport pubbliku bla ħlas fid-dinja. Ara kif in-nies fil-Lussemburgu jivvjaġġaw bla ħlas bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u bit-tramm.