Affarijiet Politiċi / Politiki tal-UE
Fil-profil Affarijiet Politiċi / Politiki tal-UE, tista’ tiġi reklutat fil-gruppi ta’ funzjoni III u IV u twettaq varjetà kbira ta’ dmirijiet. Pereżempju:
Bħala FGIII tista’ ssegwi l-iżviluppi tal-politika; tifformula rapporti jew noti ta’ taħdit dwar files ta’ politika; tikkontribwixxi għall-mistoqsijiet parlamentari. Tista’ tkun involut ukoll fit-tħejjija ta’ laqgħat mal-partijiet ikkonċernati u tislet konklużjonijiet ta’ politika; tirrappreżenta lill-istituzzjoni jew lid-Direttorat Ġenerali fil-laqgħat, taħt is-superviżjoni tal-Kap tal-Unità jew tal-uffiċjal tal-politika.
Bħala FGIV tista’ timmonitorja u tirrapporta dwar is-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali f’pajjiż partikolari; tikkontribwixxi għat-tħejjija ta’ żjarat u missjonijiet ta’ livell għoli ma’ pajjiżi terzi u mas-soċjetà ċivili; tipparteċipa f’laqgħat internazzjonali u fin-negozjati ta’ ftehimiet internazzjonali. Barra minn hekk, tista’ tikteb dokumenti ta’ politika dwar il-qasam assenjat kif ukoll twieġeb mistoqsijiet mill-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE).
Sib aktar informazzjoni billi tikklikkja l-buttuna hawn taħt.