Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’nifhmu biha t-tifsira ta’ “lokalizzazzjoni” fit-traduzzjoni?

L-Avviż ta’ Kompetizzjoni dwar il-kompetizzjoni tal-EPSO għat-tradutturi li għaddejja bħalissa, jirreferi għal dan li ġej rigward it-test tat-traduzzjoni (il-punt ta’ referenza 4.3.(e)(i)): 

 “Fit-test tat-traduzzjoni, li jinkludi xi elementi ta’ lokalizzazzjoni, il-kandidati jintalbu jittraduċu test mil-lingwa 2 għal-lingwa 1.”

Fid-dawl tal-mistoqsijiet li waslu mill-kandidati ta’ din il-kompetizzjoni, l-EPSO jixtieq jiċċara aktar it-tifsira ta’ “lokalizzazzjoni” fil-kuntest tat-traduzzjoni:

“Il-kapaċità li jitwassal il-messaġġ fit-test sors b’mod preċiż u naturali, bl-użu ta’ lingwa ċara, bir-reġistru xieraq, u filwaqt li jitqiesu d-diversi aspetti, implikazzjonijiet u konvenzjonijiet lingwistiċi, kulturali, tekniċi u ġeografiċi, kif ukoll il-ħtiġijiet tal-udjenza fil-mira.”



 

Data aġġornata
05/02/2025 - 16:49