Allowance ġdida għall-akkomodazzjoni għall-persunal tal-UE bbażat fil-Lussemburgu
Diversi istituzzjonijiet tal-UE li għandhom il-persunal tagħhom ibbażat fil-Lussemburgu adottaw miżura ġdida biex jgħinu lill-persunal tagħhom ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja. Membri eliġibbli tal-persunal tal-UE fi gradi speċifiċi se jkunu jistgħu jirċievu allowance għall-akkomodazzjoni li tista’ titla’ sa EUR 500 fix-xahar. Din l-allowance għall-akkomodazzjoni tista’ tiġi kkombinata ma’ miżuri ta’ appoġġ għall-akkomodazzjoni pprovduti mill-istat Lussembugiż.
Rapport tal-Kummissjoni tal-2022 enfasizza li d-differenza ewlenija bejn il-Lussemburgu u Brussell f’termini ta’ spejjeż tal-għajxien tinsab fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, li jagħmlu l-akkomodazzjoni fil-Gran Dukat inqas affordabbli. L-istituzzjonijiet tal-UE preżenti fil-Lussemburgu stabbilew grupp ta’ ħidma interistituzzjonali ta’ livell għoli biex jidentifika miżuri li jtejbu l-attraenza tas-servizz ċivili tal-UE fil-Lussemburgu. L-allowance għall-akkomodazzjoni hija waħda mir-riżultati prinċipali tal-isforzi tagħhom.