Ma nistax nilloggja fil-Portal Uniku tal-Kandidati, x’għandi nagħmel?
Question categories:
Jekk għandek aktar minn profil wieħed fil-Portal Uniku tal-Kandidati, kun ċert li qed tuża l-username t-tajjeb (EU Login) biex tilloggja.
Il-biċċa l-kbira tal-problemi ta’ login mal-Portal Uniku tal-Kandidati huma relatati mal-EU Login. Jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-għajnuna tal-EU Login.
Jekk ma ssibx soluzzjoni għall-problema tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Helpdesk tal-EU Login.
F’każ li l-problema tiegħek ma tkunx tista’ tiġi solvuta mill-helpdesk tal-EU Login, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt.