Diġà naħdem għall-istituzzjonijiet tal-UE, iżda l-kuntratt tiegħi wasal biex jintemm. Se nitlef l-aċċess għall-kont tiegħi fil-Portal Uniku tal-Kandidati?
Question categories:
- Għandek kuntratt temporanju ma’ istituzzjoni tal-UE li tuża s-SYSPER, u l-kuntratt tiegħek jintemm qabel il-konklużjoni tal-kompetizzjoni: trid tattiva l-“EU LOGIN for life (EUL4L)” permezz tas-SYSPER biex iżżomm l-aċċess għall-kont intern tiegħek.
- Jekk għandek kuntratt temporanju ma’ istituzzjoni tal-UE li ma tużax is-SYSPER (pereżempju, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni jew is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna), għandek bżonn taċċessa il-JSIS (Joint Sickness Insurance Scheme) u toħloq kont estern tal-EU Login. Matul dan il-proċess, il-kont tiegħek jiġi vverifikat u llinkjat uffiċjalment mal-ID Personali (PerID) tiegħek mill-istituzzjoni tiegħek (il-kont tiegħek f’din il-fażi jissejjaħ “sponsorjat”). Ladarba dan isir, il-kont tiegħek isir kont EUL4L (EU Login for Life), li jippermettilek iżżomm aċċess għall-Portal Uniku tal-Kandidati anki wara li jintemm il-kuntratt tiegħek.