
Azzjoni Pożittiva tal-Parlament Ewropew għal Persuni b’Diżabbiltà

Il-proċedura ta’ selezzjoni ta’ Azzjoni Pożittiva tal-Parlament Ewropew għall-persuni b’diżabbiltà issa hi miftuħa!
Kull sena, il-Parlament Ewropew jiniedi proċedura ta’ selezzjoni ta’ azzjoni pożittiva speċifikament għall-persuni b’diżabbiltà biex jiksbu l-ewwel esperjenza ta’ xogħol fil-PE. Il-proċedura hi miftuħa għall-profili u l-isfondi kollha għal persuni b’indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju fit-tul ta’ mill-anqas 20%, li, flimkien ma’ diversi ostakli, jista’ jfixkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.
Applika qabel l-25 ta’ April 2023 (17:00 ħin ta’ Brussell) fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.