Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Krystle, Assistenta tal-Komunikazzjoni

"I am Krystle and I work as a communications assistant at the European Commission in Brussels, I have reduced mobility and I have been working for the European institution since 2002.

I highly recommend applying! No physical handicap is an obstacle, competitions are based on knowledge, not a marathon. Everyone is accepted, nationality, color, gender, physical disability, ... nothing is an obstacle. All EU nationalities from all horizons are represented, the difference is positive. Maltese PRM or Estonian visually impaired, it has no importance. Multicultural means working with others, without making any distinctions. The Institutions have set up services that welcome all types of people, equal opportunities are a real right."

Maurizio, l-Uffiċjal tal-Istampa

"I am Maurizio, I am the Head of the European Parliament's Liaison Office in Milan. I am blind and I have been working for the EU institutions since 2015, when I started my European career as press officer.

My everyday work consists in dealing with different audiences of Italian citizens – media, youth, students, stakeholders, businesses – in order to raise awareness on European Parliament functioning and activity.

I never had problems because I was disabled. I don’t feel any obstacles. If you have a positive attitude, even if people are ignorant or sceptical, if you’re keen on sharing your experience, you can break walls."

ines

Inês G., Uffiċjal responsabbli għall-komunikazzjoni u l-avvenimenti

Jien responsabbli mill-koordinazzjoni tal-organizzazzjoni tal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE). L-EYE jiġbor flimkien eluf ta’ żgħażagħ fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu biex isawru u jaqsmu l-ideat tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa.

Verament kuntenta nagħmel dan ix-xogħol: il-kompiti tiegħi ta’ kuljum huma pjuttost varjati u nħoss sodisfazzjoni kbir li naħdem ma’ u għaż-żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha.

Fir-rwol tiegħi, nikkoordina t-timijiet differenti responsabbli għall-programm, il-komunikazzjoni esterna u l-loġistika tal-avveniment. Nikkollabora wkoll mal-partijiet esterni differenti involuti f’avveniment fuq skala kbira bħal dan biex niżgura li kollox jitwettaq mingħajr xkiel.

Għandi sfond fil-komunikazzjoni u l-lingwi. Wara l-lawrja tiegħi ta’ Baċellerat fl-Istudji tal-Komunikazzjoni f’Lisbona, il-belt tiegħi, ġibt Masters fl-Industriji Kulturali u Kreattivi fil-King's College f’Londra.

Wara varjetà ta’ esperjenzi ta’ xogħol - l-aktar bħala freelancer u fis-settur privat - ingħaqadt mal-Parlament Ewropew fl-2013. Bdejt naħdem bħala traduttur fil-Lussemburgu, imbagħad mort Brussell biex naħdem fil-komunikazzjoni interna fil-qasam tal-IT, qabel ma ħadt il-pożizzjoni attwali tiegħi fil-komunikazzjoni u l-avvenimenti fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew.

picture of Lucile

Lucile C., Uffiċjal tal-Istampa u l-Media

Ingħaqadt mad-dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA), l-istabbiltà finanzjarja u s-servizzi finanzjarji fl-2019. L-ewwel ħdimt fuq il-politiki ta’ finanzi diġitali u sostenibbli qabel ma ngħaqadt mat-tim tal-istampa. Aħna nippromwovu l-politiki tagħna lill-istampa, lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku ġenerali f’kooperazzjoni mill-qrib mal-unitajiet tal-politika, is-servizz tal-Kelliem u l-Kabinett tal-Kummissarju.

Id-dmirijiet tiegħi huma li nfassal, nippjana u nwettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar il-bejgħ bl-imnut u l-finanzi diġitali, bħal stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti u kampanji, punti ta’ taħdit, reviżjonijiet tal-istampa, jew kontenut għall-bullettin tagħna ta’ kull xahar u l-media soċjali. Jien responsabbli wkoll mill-koordinazzjoni tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru, jiġifieri stħarriġ ta’ opinjoni immirat lejn iċ-ċittadini tal-UE, dwar is-servizzi finanzjarji għad-dipartiment. Fl-aħħar nett, jien il-korrispondent tal-komunikazzjoni interna tad-DĠ FISMA: Nippromwovi l-involviment tal-istaff billi ngħaddi aħbarijiet importanti, norganizza laqgħat mal-istaff kollu, u nimmaniġġja “FISMA TV” tagħna stess!

Għandi sfond fil-politika pubblika, il-liġi u l-ekonomija u għandi Masters fl-Affarijiet Ewropej. Qabel, ksibt esperjenza dwar kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi Ewropej fis-servizz ċivili Franċiż u s-Senat, ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Renju Unit, id-dipartiment tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, u f’konsulenza dwar l-affarijiet pubbliċi.

picture of Mathieu

​​​​​​​Mathieu O., Manager tal-programmi

Ingħaqadt mal-Kummissjoni Ewropea fl-2002 u bħalissa qed naħdem fid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC) tal-Kummissjoni Ewropea. Jien Manager tal-Programmi għall-Erasmus+ u parti mit-tim tas-“Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022”.

Jien kburi li nedejt proġett inkredibbli msejjaħ DiscoverEU li jagħti ċans liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena jirbħu pass tal-ivvjaġġar mingħajr ħlas. Il-fatt li xogħli għandu impatt fuq iż-żgħażagħ Ewropej huwa xi ħaġa li ttini ħafna sodisfazzjon. Inqatta’ l-ġurnata tiegħi nikkollabora mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma’ żgħażagħ mill-Ewropa kollha, bl-użu tal-media soċjali, inxerred l-informazzjoni u nibni komunità ta’ vjaġġaturi tad-DiscoverEU.

Lestejt l-istudji tiegħi fil-Marketing u l-karriera tiegħi kienet fir-reklamar. Dejjem kont attirat minn ambjent internazzjonali u multikulturali; u huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea kienet għażla naturali għalija.