
Blue Book Traineeships

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi 2 tipi ta’ traineeships: Traineeship Amministrattiv jew Traineeship tat-Traduzzjoni mad-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DĠT).
It-trainees jistgħu jaħdmu kullimkien fil-Kummissjoni Ewropea, fi kwalunkwe servizz u aġenzija tagħha, fil-biċċa l-kbira fi Brussell, iżda wkoll fil-Lussemburgu u bnadi oħrajn fl-Unjoni Ewropea kollha.
In-natura tax-xogħol tiegħek tiddependi fuq is-servizz li għalih tkun assenjat.
Tista’, pereżempju, taħdem fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni, ir-riżorsi umani, il-politika ambjentali, it-traduzzjoni, eċċ.
Min jista’ japplika?
Il-programm ta’ traineeship huwa miftuħ għaċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament mill-età, is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Hu allokat ukoll numru limitat ta’ postijiet għal persuni mhux ċittadini tal-UE.
Jistgħu japplikaw gradwati ta’ kwalunkwe dixxiplina sakemm il-lawrja tkun diġà ngħatat (normalment jista’ jingħata transkritt jekk iċ-ċertifikat ikun għadu ma ngħatax). Hu meħtieġ għarfien ta’ żewġ lingwi tal-UE.
Fiex tikkonsisti ġurnata xogħol ta’ trainee?
- Attendenza u organizzar ta’ laqgħat, gruppi ta’ ħidma, u seduti pubbliċi
- Riċerka, abbozzar u editjar ta’ dokumenti - inkluż rapporti u konsultazzjonijiet
- Risposti għall-mistoqsijiet taċ-ċittadini
- Għoti ta’ appoġġ fl-immaniġġjar ta’ proġetti
- Traduzzjoni, reviżjoni tat-traduzzjonijiet jew riċerka fit-terminoloġija
X’qed nistennew mingħandek?
- Approċċ miftuħ għall-kwistjonijiet Ewropej
- Interess li titgħallem dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Kummissjoni
- Rieda li taħdem f’ambjent multikulturali
- Kontribut għall-ħidma ta’ kuljum tal-Kummissjoni minn perspettiva ġdida
- Attitudni proattiva
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq https://ec.europa.eu/stages/