Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Assistenti fil-qasam tal-finanzi

Għandek esperjenza fil-qasam tal-finanzi? Tixtieq tibda karriera internazzjonali fi ħdan tim multikulturali u varjat? Jekk iva, kompli aqra.

L-UE qed tfittex professjonisti fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja, il-kontabbiltà u t-teżor u l-akkwist pubbliku. Il-kandidati magħżulin se jiġu reklutati fil-grad ta’ assistent AST 3.

Aħna qed noffru opportunitajiet lill-kandidati li jaqblu ma’ wieħed mill-profili ta’ hawn taħt. Innota li tista’ tapplika biss għal qasam wieħed.

  • Qasam 1 - Ġestjoni finanzjarja: Il-kompiti ewlenin tiegħek se jinkludu l-assistenza: fit-tħejjija, l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-baġit annwali; fil-ħolqien ta’ dossiers finanzjarji; fil-monitoraġġ ta’ kuntratti, ftehimiet ta’ għotja, u ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz; fl-iżgurar ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; fl-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni/rakkomandazzjonijiet tal-awditjar; fl-għoti ta’ pariri lill-unitajiet operazzjonali fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet baġitarji u finanzjarji; fit-tfassil ta’ rapporti/statistika finanzjarja.
     
  • Qasam 2 - Kontabbiltà u teżor: Il-kompiti ewlenin tiegħek se jinkludu l-assistenza: fil-verifika tad-data ewlenija tal-entitajiet legali u tal-kontijiet bankarji; fil-ġestjoni tal-fatturi; fl-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ ta’ pagamenti awtorizzati; fl-irkupru ta’ ammonti riċevibbli u fl-entrati kontabilistiċi relatati; fil-ġestjoni tal-assi, id-deprezzament u l-inventarji; fl-irkuprar tal-VAT; fit-twettiq ta’ kontrolli finanzjarji u kontabilistiċi regolari; fil-ġestjoni tat-teżor; fl-abbozzar ta’ rapporti; fl-għoti ta’ taħriġ u fl-appoġġ fi kwistjonijiet ta’ kontabbiltà.
     
  • Qasam 3 - Akkwist pubbliku: Il-kompiti ewlenin tiegħek se jinkludu l-assistenza: fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku; fl-abbozzar ta’ tweġibiet, talbiet għal informazzjoni/kjarifika, ittri dwar il-proċeduri tal-offerti; fl-assistenza fil-monitoraġġ legali u finanzjarju tal-kuntratti; fit-tfassil, l-iżvilupp u ż-żamma ta’ sistemi tal-akkwist elettroniku; fl-għoti ta’ taħriġ u appoġġ lis-servizzi operazzjonali rigward ir-regoli tal-akkwist pubbliku u l-aħjar prattiki.

L-informazzjoni dettaljata dwar id-dmirijiet speċifiċi li l-kandidati magħżulin jistgħu jistennew li jwettqu hi inkluża fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (ara l-Anness II - Dmirijiet tipiċi).