Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Assistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni

picture of a man with long hair and glasses sitting in front of a computer

Għandek esperjenza fil-qasam tal-komunikazzjoni? Tixtieq tibda karriera internazzjonali fi ħdan tim multikulturali u varjat? Jekk iva, kompli aqra.

L-istituzzjonijiet Ewropej qed ifittxu assistenti (AST 3) fl-oqsma tad-disinn grafiku u l-produzzjoni tal-kontenut viżwali, il-media soċjali u l-komunikazzjoni diġitali, u webmasters.

Il-kompiti ewlenin tiegħek ivarjaw skont il-qasam magħżul. Innota li tista’ tapplika għal wieħed biss minn dawn l-oqsma:

  • Qasam 1 - Disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali: Il-kompiti ewlenin tiegħek se jinkludu: l-iżgurar tad-disinn grafiku ta’ prodotti ta’ komunikazzjoni ta’ kwalità għolja fil-kanali stampati u diġitali, il-media u l-lingwi; it-trasformazzjoni tad-data f’viżwali ċari u konċiżi; l-applikazzjoni tal-linji gwida dwar l-identità viżiva istituzzjonali u l-komunikazzjoni; l-assistenza fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE; l-użu ta’ Adobe Creative Cloud, b’mod partikolari Illustrator, Photoshop, InDesign u After Effects.
     
  • Qasam 2 - Il-media soċjali u l-komunikazzjoni diġitali: Il-kompiti ewlenin tiegħek se jinkludu: l-ippjanar u l-produzzjoni ta’ kontenut awdjo u video tal-media soċjali mfassal apposta għall-udjenzi fil-mira; l-istabbiliment, il-monitoraġġ u l-kejl ta’ kampanji tal-media soċjali organiċi u mħallsa; il-kollaborazzjoni ma’ timijiet editorjali interni, mal-media soċjali, u ma’ timijiet tad-data intelligence; il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-komunitajiet u l-konverżazzjonijiet online; l-użu ta’ għodod tal-media soċjali bħal Emplifi, Talkwalker, u pjattaformi oħra għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-prestazzjoni.
     
  • Qasam 3 - Webmaster: Il-kompiti ewlenin tiegħek se jinkludu: il-ħolqien, il-ġestjoni, l-aġġornament u l-monitoraġġ tas-siti web u tal-intranets tal-istituzzjoni; il-ħolqien ta’ kontenut multilingwi u aċċessibbli fuq l-internet; l-iżgurar li l-kontenut, l-istruttura u n-navigazzjoni jaderixxu mat-teknoloġiji tal-web standard tal-industrija (jiġifieri HTML, CSS, u JavaScript); il-ġestjoni tal-pjattaformi ta’ abbonament tal-email u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-kontenut; it-traduzzjoni tal-ħtiġijiet tan-negozju f’rekwiżiti tekniċi għall-iżviluppaturi; il-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam.

L-informazzjoni ddettaljata dwar id-dmirijiet speċifiċi li l-kandidati magħżulin jistgħu jistennew li jwettqu hija inkluża fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (ara l-Anness II – Dmirijiet tipiċi).