Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Assistenti (AST-Speċjalisti)

Il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-Assistenti (AST-Speċjalisti) jista’ jkollhom jgħaddu mit-testijiet li ġejjin:

 

Testijiet ta’ raġunament għal AST

Testijiet ta’ raġunament:

It-testijiet ta’ raġunament huma testijiet b’għażla multipla biex tiġi vvalutata l-kapaċità tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem informazzjoni verbali u numerika, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn kunċetti li ma jinvolvu l-ebda element lingwistiku, spazjali jew numeriku (astratt). 

Ipprova l-kampjuni tagħna hawn taħt: (Jekk jogħġbok innota li l-kampjun ta’ testijiet jistgħu jieħdu aktar żmien mis-soltu biex jiġu applowdjati.)

  • Raġunament verbali:

               BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV 

  • Raġunament numeriku:

              BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

  • Raġumanent astratt:

              EN FR DE 

  Tista’ tikkonsulta wkoll verżjoni aċċessibbli ta’ dawn il-kampjuni tat-testijiet.
 

Kwestjonarju dwar l-għażla multipla relatata mal-qasam

Il-kwestjonarju b’għażla multipla relatat mal-qasam (FRMCQ) jinkludi sensiela ta’ mistoqsijiet, li huma mfasslin biex jittestjaw il-ħiliet u l-għarfien relatati mal-qasam tal-kompetizzjoni. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq id-dmirijiet meħtieġa għall-profil speċifiku. Kull mistoqsija hi marbuta ma’ erba’ għażliet differenti ta’ tweġibiet, li waħda minnhom biss hi korretta.

Fis-sejħa għall-kompetizzjoni u fl-ittra ta’ stedina hemm indikata aktar informazzjoni.

Test bil-miktub

Mill-2024, bil-bidla tal-EPSO lejn reġim sħiħ ta’ 24 lingwa, tip ġdid ta’ test se jiġi introdott mill-EPSO fil-proċeduri ta’ selezzjoni tiegħu: it-test bil-miktub, li għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-kandidati. It-test bil-miktub se jissostitwixxi l-istudju tal-każ*.

It-terminu “test bil-miktub” jinkludi tliet tipi differenti ta’ testijiet li l-EPSO se juża skont il-ħtiġijiet espressi mis-servizzi ta’ reklutaġġ għal kull kompetizzjoni:

  1. Test bil-miktub (WT) relatat mal-qasam/oqsma tal-kompetizzjoni, li jivvaluta biss il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub. 
  2. Test bil-miktub relatat mal-qasam (FRWT), li jivvaluta l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub u l-għarfien fil-qasam rilevanti tal-kompetizzjoni.
  3. Essay b’test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (EUFTE), li tivvaluta biss il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub. 

Il-kandidati se jkunu meħtieġa jwieġbu għall-kompiti tat-test abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-EPSO relatata mal-qasam/oqsma tal-kompetizzjoni, kif speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni.

It-test bil-miktub mhux test tal-lingwa. Il-kandidati se jiġu vvalutati abbażi tal-“ankri” speċifiċi elenkati hawn taħt (“ankri” huma l-elementi meqjusin minn dawk li jikkoreġu t-test (jiġifieri l-assessuri) meta jivvalutaw kompetenza partikolari).

“Ankri” għall-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub:

Il-kandidat:

  1. jagħti l-komunikazzjoni bil-miktub struttura bi fluss ta’ ideat loġiku.
  2. jikteb b’mod konċiż mingħajr l-użu ta’ kliem u sentenzi mhux meħtieġa.
  3. jippreżenta s-suġġett b’mod li jinftiehem.
  4. jadatta/ifassal il-kitba għall-udjenza u l-iskop maħsubin.
  5. juża l-informazzjoni pprovduta biex jittratta l-kompitu.

*L-istudji tal-każijiet se jkomplu jintużaw għal xi wħud mill-kompetizzjonijiet li għaddejjin.