Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Applika għal karriera fil-qasam tal-ġestjoni tad-data u l-għarfien tad-data

L-istituzzjonijiet tal-UE qed ifittxu u professjonisti fil-qasam tal-ġestjoni tad-data u l-għarfien tad-data. L-applikanti magħżula se jiġu reklutati bħala amministraturi fil-grad AD7 għal pożizzjonijiet ibbażati fil-Lussemburgu.

Il-kandidati magħżula jistgħu jiġu assenjati kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet elenkati hawn taħt, individwalment jew flimkien, skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Dmirijiet simili jew relatati jistgħu jiġu assenjati wkoll.

  1. Arkitettura u interoperabbiltà tad-data – it-tfassil u l-istrutturar tas-sistemi tad-data biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-konformità tal-UE
  2. Governanza u konformità tad-data – it-twaqqif ta’ oqfsa għall-ġestjoni tal-aċċess għad-data, il-kwalità, u aspetti oħra tax-xenarju regolatorju
  3. Politiki u strateġija tad-data – l-iżvilupp ta’ oqfsa strateġiċi biex jiggwidaw il-politiki dwar il-ġestjoni u l-użu tad-data fis-setturi kollha
  4. Inġinerija u integrazzjoni tad-data – il-bini u l-manutenzjoni ta’ sistemi għall-inġestjoni, it-trasformazzjoni u d-disseminazzjoni tad-data ta’ informazzjoni strutturata jew semistrutturata, kontenut multimedjali, data ġeospazjali, eċċ.
  5. Ħżin u pjattaformi tad-data – il-ħolqien ta’ repożitorji u pjattaformi ċentralizzati għall-ħżin u l-analiżi tad-data
  6. Intelliġenza u rappurtar tan-negozju – Trasformazzjoni tad-data f’għarfien azzjonabbli permezz tal-analitika u l-viżwalizzazzjoni
  7. Ġestjoni tad-data prinċipali u ta’ referenza – l-iżgurar tal-konsistenza u l-preċiżjoni tad-data kummerċjali kritika fis-sistemi kollha
  8. Ġestjoni tat-tassonomija u tal-metadata – l-organizzazzjoni u l-kuntestwalizzazzjoni tad-data biex jittejbu t-traċċabbiltà, l-aċċessibbiltà, u l-użu mill-ġdid
  9. Ġestjoni tal-kwalità tad-data – l-iżgurar tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data
  10. Sigurtà u privatezza tad-data – Il-protezzjoni tad-data minn aċċess mhux awtorizzat u l-iżgurar tal-konformità mar-regolamenti dwar il-privatezza
  11. Analitika avvanzata u tħejjija tad-data għall-IA – It-tħejjija ta’ data strutturata u mhux strutturata għat-tagħlim awtomatiku u għall-applikazzjonijiet tal-IA, inklużi mudelli lingwistiċi kbar

L-informazzjoni dettaljata dwar id-dmirijiet speċifiċi li l-kandidati magħżulin għandhom jistennew li jeżegwixxu tinsab fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (ara l-Anness II – Dmirijiet tipiċi).