Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Minna Vuorio

MInna EPDO director

Minn Mejju 2020, Minna Vuorio hi d-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-Prinċipal tal-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni (EuSA). Hi responsabbli għat-tmexxija bla xkiel tal-Uffiċċju u l-Iskola taħt l-awtorità tal-Bord ta’ Tmexxija tal-EPSO/EuSA.

Parti ewlenija tal-mandat ta’ 5 snin ta’ Minna Vuorio tinvolvi t-trasformazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-EPSO. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom l-għan li jattiraw professjonisti bi kwalifiki għoljin, multilingwi u ġeografikament mobbli. Il-kompitu ewlieni ta’ Minna hu li tissorvelja l-ħolqien ta’ mudell ta’ selezzjoni li jissodisfa l-ħtieġa tal-istituzzjonijiet għal kompożizzjoni aktar ibbilanċjata u flessibbli tal-forza tax-xogħol tal-UE, li tirrifletti d-diversità tas-soċjetà Ewropea li taqdi.

Il-karriera ta’ Minna fl-istituzzjonijiet tal-UE bdiet ftit wara li pajjiżha, il-Finlandja, ingħaqdet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995. Hi ħadmet għal ħamsa u għoxrin sena fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u bdiet bħala traduttur u reviżur. Fl-2007, hi saret analista open source taċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Konġunt li kien jirrapporta lil Javier Solana, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija tal-UE. Fl-2010, Minna reġgħet lura għall-Unità tal-lingwa Finlandiża bħala l-Kap tagħha u ċċaqalqet għal sitt xhur fl-2016 bħala Kap tal-Unità tar-riżorsi u tal-appoġġ għat-traduzzjoni. Minn Lulju 2016, hi saret id-Direttur tas-Servizz tat-Traduzzjoni LING1 tal-Kunsill, li jinkludi unità operattiva u 12-il unità lingwistika, b’total ta’ madwar 450 membru tal-istaff.

Minna għandha tliet subien u għandha passjoni għad-diversità, il-multilingwiżmu u l-approċċi kollaborattivi għax-xogħol.