
Struzzjonijiet għall-Ittestjar Online tal-EPSO

Il-kandidati għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO jsibu f’din il-paġna kopja ta’ korteżija tal-istruzzjonijiet għas-sessjonijiet ta’ ttestjar online. Dawn l-istruzzjonijiet jintbagħtu kull darba bl-ittra ta’ stedina formali li l-kandidati jirċievu permezz tal-kont uffiċjali tal-kandidat tagħhom (eż. permezz tal-Portal Uniku ta’ Kandidati għall-kompetizzjonijiet kollha ppubblikati mill-EPSO mill-2025 jew permezz tal-Profil tal-EPSO għall-kompetizzjonijiet kollha qabel l-2025, kif ukoll għall-CAST).
Jekk jogħġbok innota li dawn l-istruzzjonijiet huma ppubblikati hawnhekk mill-EPSO għall-faċilità ta’ referenza. L-EPSO ma jistax jeskludi bidliet żgħar f’dawn l-istruzzjonijiet. Għal dik ir-raġuni, il-kandidati jridu dejjem jiżguraw li jirreferu għall-istruzzjonijiet li jirċievu permezz tal-profil tal-kandidat tagħhom. Dawk l-istruzzjonijiet biss jistgħu jitqiesu bħala uffiċjali.
Jekk jogħġbok innota li dawn l-istruzzjonijiet huma disponibbli biss bil-DE, bl-EN u bil-FR għall-kandidati kollha, għall-proċeduri ta’ selezzjoni kollha tal-EPSO.
Struzzjonijiet għas-Sessjonijiet tal-Ittestjar Online