Skip to main content

Xjenza u riċerka

L-iskala u l-kumplessità tal-isfidi tal-lum jirrikjedu dejjem aktar li l-UE tiddependi fuq esperti biex tindirizza kwistjonijiet ambjentali, ta’ saħħa, ta’ ikel, diġitali u kwistjonijiet globali oħra.

Il-professjonisti b’esperjenza u kompetenzi sodi f’diversi oqsma għandhom domanda kbira biex jaħdmu bħala esperti tal-agrikoltura, tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ikel, speċjalisti kimiċi, spetturi nukleari jew amministraturi tal-intelliġenza artifiċjali, biex insemmu biss ftit.

Speċjalisti tax-xjenza

Deskrizzjoni tal-impjieg

Bl-għarfien espert uniku tagħhom, ix-xjenzati, ir-riċerkaturi u speċjalisti oħra joffru kontribut imprezzabbli lill-istituzzjonijiet u lil dawk li jfasslu l-politika biex jiffaċċjaw sfidi xjentifiċi. 

L-esperti spiss jingħataw il-kompitu li jiżviluppaw politiki u liġijiet ġodda; jimplimentaw u jimmaniġġjaw leġiżlazzjoni u programmi eżistenti; iwettqu riċerka u analiżi; jipprovdu perspettivi dwar il-politika; iwettqu kontrolli; jipparteċipaw f'laqgħat u negozjati internazzjonali, fost ħafna oħrajn. 

Kwalifiki ewlenin

Il-kwalifiki għal dawn il-karigi jvarjaw skont in-natura tal-pożizzjoni. Ġeneralment, għandu jkollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE, lawrja f’qasam relatat u ftit jew diversi snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Barra minn hekk, tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn l-opportunitajiet ta’ kuntratt temporanju fuq is-sit web taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta.

Meet EU staff

“After 20 years in the private sector, I wanted to contribute directly to societal well-being. At the JRC, I work
“As an engineer, I have always had a passion for improving people’s lives through the use of technology. My job
“At the Joint Research Centre of the European Commission, I can work at the forefront of technology for the common
“As a biomedical scientist at the Joint Research Centre, I am proud to be part of a team that bridges