Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Is-sit web tal-EPSO jimxi lejn reġim sħiħ ta’ 24 lingwa bl-eTranslation

L-EPSO diġà jagħmel is-sit web tiegħu disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, xi kultant ikun hemm lakuni bejn il-pubblikazzjoni b’lingwa speċifika waħda u t-traduzzjoni uffiċjali tagħha bil-lingwi l-oħra kollha. Xi aħbarijiet żgħar huma ppubblikati wkoll b’lingwa speċifika waħda biss, minħabba li jkunu validi għal żmien qasir ħafna. Bl-eTranslation (għodda tat-traduzzjoni awtomatika pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea) l-utenti se jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni bil-lingwa tal-għażla tagħhom fi kwalunkwe ħin.

L-EPSO se jkompli jippubblika traduzzjonijiet uffiċjali fis-sit web tiegħu. L-għodda tal-eTranslation hija biss mod kif l-EPSO jwieġeb aktar malajr għall-għażliet lingwistiċi tal-utenti.

Kif?

Agħżel il-lingwa tiegħek mis-“switcher tal-lingwa” mill-menù li jinżel fin-naħa ta’ fuq tal-paġna. Jekk tara li l-paġna għadha ma ġietx tradotta f’dik il-lingwa, mur lura għall-verżjoni Ingliża tal-paġna u kklikkja l-ikona qrib is-“switcher tal-lingwa” fin-naħa ta’ fuq tal-paġna (ara l-istampa hawn taħt). Imbagħad ikollok aċċess għall-paġna tradotta bl-eTranslation.

 

 

 

Data aġġornata
08/04/2024 - 14:41