Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’jiġri jekk ma ngħaddix mit-testijiet (ta’ raġunament) tas-selezzjoni?

Question categories:

Jekk ma tgħaddix mit-test ta’ raġunament, ma tistax tiġi mistieden għal test ta’ raġunament ieħor għall-istess grupp ta’ funzjoni jew għal wieħed ogħla għas-6 xhur ta’ wara. Madankollu, xorta tista’ tiġi mistieden għal testijiet ta’ raġunament għal gruppi ta’ funzjoni aktar baxxi.

Il-perjodu ta’ 6 xhur jingħadd mill-jum li fih ikun sar it-test.

Jekk jogħġbok innota li s-servizzi ta’ reklutaġġ mhumiex obbligati jistednuk għal test ieħor, wara li jkun għadda l-perjodu ta’ 6 xhur.