Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ankri relatati mal-kompetenzi ġenerali

Meta tikklikkja l-buttuna/i hawn taħt, tista’ ssib ankri relatati mal-kompetenzi ġenerali mkejla bħala parti miċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni. 

Għal kull eżerċizzju mogħti, kull kompetenza ġenerali tikkonsisti f’ħames “ankri” definiti, li huma l-elementi kkunsidrati meta tiġi evalwata kompetenza. Il-kandidati jiġu osservati għal kull ankra separatament u jingħataw punteġġ globali li jikkorrispondi għall-kompetenza. L-ankri issa huma disponibbli għall-konsultazzjoni. 

(Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra se jiżdiedu fi żmien debitu.)

Għad-dettalji dwar it-testijiet kollha inklużi fi proċedura ta’ selezzjoni speċifika, jekk jogħġbok ara l-Avviż tal-Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess rilevanti.

Għal aktar informazzjoni u eżempji ta’ testijiet, jekk jogħġbok żur il-paġna tagħna “Testijiet kampjun”.

Id-drittijiet kollha riżervati. L-ebda parti mill-informazzjoni ppubblikata fuq din il-paġna web ma tista’ tiġi riprodotta, maħżuna f’bażi tad-data jew f’sistema ta’ rkupru, jew trażmessa, fi kwalunkwe forma jew bi kwalunkwe mezz, mingħajr il-permess minn qabel bil-miktub tal-EPSO, jew kif espressament permess mil-liġi.