Kif titlob aġġustamenti speċifiċi fit-testijiet ta’ selezzjoni?
Id-diżabbiltà jew il-kundizzjoni medika tiegħek m’għandhiex tkun ta’ ostaklu għall-parteċipazzjoni f’waħda mill-proċeduri ta’ selezzjoni tagħna.
L-EPSO għandu proċedura ta’ akkomodazzjonijiet raġonevoli stabbilita sew ibbażata fuq l-aqwa prattiki internazzjonali f'dan il-qasam.
B'dan il-mod, hu jidentifika xkiel u ostakli minħabba diżabbiltà jew kundizzjoni medika, u jippermetti lill-kandidati bi bżonnijiet speċifiċi juru l-kapaċitajiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' kwalunkwe kandidat ieħor.
Għandek bżonn aġġustamenti speċifiċi fit-testijiet ta' selezzjoni tiegħek?
Skopri l-flyer pass pass tagħna dwar kif titlob aġġustamenti speċifiċi fit-testijiet ta’ selezzjoni u aqra l-gwida ddedikata tagħna għal aktar dettalji.
Tista’ tara wkoll il-video dwar l-aġġustamenti speċifiċi disponibbli hawn taħt f’din il-paġna.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email lil epso-accessibility@ec.europa.eu