
Studenti Ambaxxaturi ta’ EU Careers

JOIN OUR TEAM
Are you a university student interested in gaining work experience and contacts? Are you outgoing, motivated and enthusiastic about the EU?
Then you may be our next brand ambassador! We are looking for volunteers to promote EU career opportunities in a variety of universities across the EU.
You will:
- Find out more about EU career opportunities and promote them to your fellow students
- Build an exciting student network across Europe
- Gain work experience to give your CV extra weight
- Develop your skills in public speaking, marketing and human resources
- Receive a full induction training and coaching throughout the role
- Get to meet high-ranking EU officials
- Receive a reference letter based on your performance
- Taġixxi bħala punt ta’ kuntatt għal studenti interessati fl-EU Career
- Tiżviluppa networks universitarji u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-impjiegi fl-UE
- Iżomm preżenza attiva online u fuq il-media soċjali
- Tagħmel preżentazzjonijiet, tattendi l-avvenimenti tal-università dwar il-karrieri u ssib kelliema interessanti
- Twieġeb mistoqsijiet dwar opportunitajiet ta’ karriera mal-UE
- Tirriċerka dwar gruppi fil-mira u tikkuntattja l-media tal-università
- Tistabbilixxi listi ta’ indirizzi u tqassam informazzjoni dwar l-impjiegi fl-UE permezz ta’ mezzi xierqa
Tgħallem aktar mill-Ambaxxaturi tal-EU Careers:
- Torganizza jew tieħu sehem f’minimu ta’ avveniment wieħed jew preżentazzjoni waħda tal-EU Career
- Timpenja ruħek tal-anqas għal sagħtejn fil-ġimgħa għar-rwol tiegħek ta’ ambaxxatur
- Tikkomunika mal-koordinatur tiegħek tal-EU Careers fuq bażi regolari
- Tipparteċipa fl-attivitajiet kollha ta’ taħriġ ipprovduti online mill-EPSO
- Iżżomm reġistru tal-attivitajiet tiegħek u tirrapporta lura b’mod regolari
- Ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni u networking
- Rieda li taqsam u titgħallem
- Ħiliet tajba ta’ organizzazzjoni
- Kapaċità li twassal il-kwalità u r-riżultati
Ikun f’idejk li tiddeċiedi kemm tista’ tagħmel xogħol promozzjonali flimkien mal-istudji akkademiċi tiegħek. Qed infittxu ambaxxaturi kreattivi li jistgħu joħorġu b’modi innovattivi għall-promozzjoni tal-EU Career!
Il-proċess ta’ selezzjoni għas-sena akkademika 2025/2026 beda.
Applikaw jekk intom:
- Ċittadini tal-UE;
- Titkellmu sew bl-Ingliż u bil-lingwa tal-pajjiż li qed tistudjaw fih;
- Disponibbli biex tipparteċipaw fil-kors ta’ taħriġ obbligatorju tagħna ta’ jumejn f’Ottubru 2025;
- Irreġistrati u preżenti fl-università għat-tul ta’ żmien kollu tal-kariga ta’ ambaxxatur (Ottubru 2025 - Settembru 2026).
Jekk jogħġobkom innutaw li l-lista tal-Universitajiet parteċipanti ġiet stabbilita f’kollaborazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali. Bħalissa ma nistgħux nappoġġjaw ambaxxaturi minn universitajiet oħrajn. Jekk l-università tagħkom mhix fuq din il-lista, jekk jogħġobkom żuru din il-paġna fil-bidu tas-sena d-dieħla biex tiċċekkjaw il-lista l-ġdida u aġġornata tagħna.
Tistgħu tapplikaw sat-18 ta’ Marzu 2025.
Jekk jogħġobkom innutaw li kull università għandha indirizz ta’ kuntatt uniku għall-applikazzjonijiet. Tistgħu ssibu l-informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti għall-università tagħkom u tissottomettu l-applikazzjoni tagħkom billi żżuru din il-paġna: Universitajiet Parteċipanti.
Ikkuntattjawna: jekk għandkom xi mistoqsijiet, toqgħodux lura milli tikkuntattjawna fuq: EPSO-CAREERS-AMBASSADOR@ec.europa
Ara hawnhekk l-universitajiet parteċipanti għas-sena akkademika 2024-25 u 2025-26.