Speċjalisti tax-xjenza
Deskrizzjoni tal-impjieg
Bl-għarfien espert uniku tagħhom, ix-xjenzati, ir-riċerkaturi u speċjalisti oħra joffru kontribut imprezzabbli lill-istituzzjonijiet u lil dawk li jfasslu l-politika biex jiffaċċjaw sfidi xjentifiċi.
L-esperti spiss jingħataw il-kompitu li jiżviluppaw politiki u liġijiet ġodda; jimplimentaw u jimmaniġġjaw leġiżlazzjoni u programmi eżistenti; iwettqu riċerka u analiżi; jipprovdu perspettivi dwar il-politika; iwettqu kontrolli; jipparteċipaw f'laqgħat u negozjati internazzjonali, fost ħafna oħrajn.
Kwalifiki ewlenin
Il-kwalifiki għal dawn il-karigi jvarjaw skont in-natura tal-pożizzjoni. Ġeneralment, għandu jkollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE, lawrja f’qasam relatat u ftit jew diversi snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.
Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.
Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.
Barra minn hekk, tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn l-opportunitajiet ta’ kuntratt temporanju fuq is-sit web taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta.