Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships (profili tekniċi)

Miftuħa għal applikazzjoni
03/08/2022
Data tal-għeluq
17/08/2022 - 12:00 (ħin ta' Brussell)
Postijiet: 
Pariġi (Franza)

Istituzzjoni/Aġenzija

L-EBA toffri traineeships bi ħlas għal gradwati reċenti bl-għan li tipprovdilhom esperjenza unika u diretta tal-ħidma tal-EBA, fehim tal-objettivi inklużi l-għanijiet tar-regolamentazzjoni finanzjarja u s-sorveljanza b’mod ġenerali, u speċifikament tal-objettivi tal-EBA.

It-trainees magħżulin se jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw għarfien espert fl-oqsma tal-Analiżi u t-Trasparenza tad-Data, ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni Prudenzjali, l-Innovazzjoni, l-Imġiba u l-Konsumaturi, l-Analiżi Ekonomika u tar-Riskju, il-Governanza u l-Affarijiet Esterni, Legali u ta’ Konformità. Huma se jikkontribwixxu għall-ħidma ta’ kuljum tal-Awtorità u jitgħallmu dwar l-ambjent tax-xogħol tal-Aġenziji tal-UE filwaqt li jgawdu ħajja eċċitanti f’Pariġi.

Is-sejħa għat-trainees tal-2022 tinkludi sitt profili fl-oqsma ewlenin tan-negozju:

  • Assistenza lid-Dipartiment tal-Analiżi, ir-Rapportar u t-Trasparenza tad-Data (DART) – Ref. tal-Profil: TR TECH 2022/DART
  • Assistenza lid-Dipartiment tar-Regolamentazzjoni Prudenzjali u l-Politika Superviżorja (PRSP) – Ref. tal-Profil: TR TECH 2022/PRSP
  • Assistenza lid-Dipartiment tal-Innovazzjoni, l-Imġiba u l-Konsumaturi (ICC) – Ref. tal-Profil: TR TECH 2022/ICC
  • Assistenza lid-Dipartiment tal-Analiżi Ekonomika u tar-Riskju (ERA) – Ref. tal-Profil: TR TECH 2022/ERA
  • Assistenza lill-Unità tal-Governanza u l-Affarijiet Esterni (GEA) – Ref. tal-Profil: TR TECH 2022/GEA
  • Assistenza lill-Unità Legali u ta’ Konformità (LC) – Ref. tal-Profil: TR TECH 2022/LC

Min jista’ japplika: Gradwati reċenti

Tul ta’ żmien: It-traineeship fl-EBA hu offrut għal perjodu inizjali ta’ 6 (sitt) xhur u jista’ jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn 12-il (tnax-il) xahar, li ma jaqbiżx tul ta’ żmien totali ta’ 18-il (tmintax-il) xahar

Bi ħlas: skont id-Deċiżjoni tal-EBA dwar it-Traineeships (disponibbli fis-sit web tal-EBA)

Dati tal-Bidu: varji