Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: Traineeships Cicero

Postijiet: 
Brussell (il-Belġju)

Istituzzjoni/Aġenzija

Sessjoni tar-rebbiegħa: mis-16 ta’ Frar sal-15 ta’ Lulju - Perjodu ta’ applikazzjoni: mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru (nofsillejl, ħin ta’ Brussell) tas-sena ta’ qabel
Sessjoni tal-ħarifa: mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Frar - Perjodu ta’ applikazzjoni: mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu (nofsillejl, ħin ta’ Brussell) tas-sena ta’ qabel

Bħala trainee tal-KtR, se tkun qed tara direttament id-dinamika ta’ istituzzjoni multilingwi u multinazzjonali. Fi ħdan grupp żgħir ta’ trainees, mhux biss se tkun tista’ taħdem f’firxa wiesgħa ta’ aspetti tal-politika tal-UE, iżda se jkollok ukoll il-possibbiltà unika li toħloq avveniment waħdek!

Bis-saħħa tal-iskema unika YFactor, it-trainees huma mistiedna jwettqu ħidma fuq proġetti li jindirizzaw kwistjonijiet li huma rilevanti għar-reġjuni u l-ibliet Ewropej. Kemm jekk tiddeċiedi li taħdem fuq konferenza, podcast, jew ktieb elettroniku – bħala trainee tal-KtR il-kreattività tiegħek se tiġi sfidata u mħeġġa!

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-UE

Iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi (inkluż ir-Renju Unit) jistgħu japplikaw u jistgħu jintgħażlu f’każijiet eċċezzjonali, b’mod partikolari jekk il-kandidatura tagħhom tkun ta’ interess partikolari għall-KtR u jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali dwar l-immigrazzjoni għal residenza u xogħol legali fil-Belġju.

Gradwati universitarji li kisbu lawrja universitarja akkademika sħiħa, jew li lestew mill-inqas it-tielet sena ta’ edukazzjoni għolja (università jew ekwivalenti), sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.

Il-kandidati b’għarfien eċċellenti ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u b’għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż jew tal-Ingliż.

Tul ta’ żmien: 5 xhur

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,340 fix-xahar

Dati tal-Bidu: is-16 ta’ Frar u s-16 ta’ Settembru