Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif nista’ niskeda mill-ġdid it-testijiet MCQ tiegħi bbażati fuq il-kompjuter?

Matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar tista’ tiskeda mill-ġdid l-appuntament tiegħek tat-test b’mistoqsijiet b’għażla multipla b’inviġilazzjoni mill-bogħod, soġġett għad-disponibbiltà u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • l-ewwel trid tistenna sakemm il-konferma tal-ibbukkjar oriġinali tiġi applowdjata fil-profil tal-EPSO tiegħek (normalment fi żmien 24 siegħa wara l-ibbukkjar) peress li jkun fiha n-numru ta’ konferma u l-kodiċi li trid tuża biex tiskeda l-appuntament mill-ġdid
  • tista’ tbiddel l-appuntament tat-test tiegħek sa ġurnata qabel
  • tista’ tagħżel biss mill-appuntamenti murija fis-sistema
  • trid timla l-proċedura tal-ibbukkjar mill-ġdid tal-ħin sal-aħħar skrin u fin-nuqqas ta’ dan jibqa' validu l-appuntament oriġinali tiegħek

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ibbukkjar tal-Prometric hi aċċessibbli mil-link fil-konferma tal-ibbukkjar fil-profil tal-EPSO tiegħek. Id-dettalji kollha dwar il-proċedura huma ppubblikati permezz tal-ittra ta’ stedina.