Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Aċċessibbiltà

Dan is-sit web hu mmaniġġjat mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). Hu mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, u l-kontenut tiegħu għandu jkun aċċessibbli u jinftiehem minn kemm jista’ jkun nies mingħajr diskriminazzjoni.

L-EPSO jistinka biex joffri opportunitajiet indaqs u aċċess għall-kandidati kollha irrispettivament mill-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Status tal-konformità

Dan is-sit web hu mfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għal siti web u apps tal-mobile, EN 301 549 v2.1.2. Hu parzjalment konformi mal-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex tinkiseb aċċessibbiltà sħiħa tas-siti web, ċertu kontenut, bħal xi dokumenti u videos, jista’ jkun li għadu ma ġiex ottimizzat. Aħna konxji ta’ dawn il-limitazzjonijiet. Aħna nimmonitorjaw is-sitwazzjoni b’mod kostanti, u dejjem nippruvaw nagħmlu l-almu tagħna biex nagħmlu titjib fil-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà.

Feedback

Jekk jogħġbok aqsam il-feedback tiegħek magħna biex tgħinna nameljoraw. Jekk qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet ta’ dan is-sit web, ikkuntattjana u nwieġbuk mill-aktar fis possibbli.